'F'pajjiżna m'għandniex 'Qrati tal-Poplu' li jiddeċiedu kawżi fil-pjazza, fuq Facebook jew fi blog'

Il-Maġistrat Joe Mifsud, jikkritika l-media imma ma jispeċifikax liema media jew rapporti qed jikkritika'....qabel jillibera lil Bogdanovich minn akkużi ta' theddid u vjolenza fuq martu...

Il-Maġistrat Joe Mifsud
Il-Maġistrat Joe Mifsud

Il-Maġistrat Joe Mifsud, għadda kummenti pjuttost qawwijin fil-konfront tal-midja, anke jekk ma rreferiex għal-liema mezz kien qed jirreferi, fil-każ kontra Daniel Bogdanovich, minn martu.

Il-Maġistrat, li ħeles lill-istess footballer minn akkużi ta' thedid ta' vjolenza fuq martu, sostna illi wara li l-Qorti fliet ir-rapporti dwar Bogdanovich u l-akkużi li saru fil-konfront tiegħu minn martu, "ma tistax ma tirrimarkax dwar in-nuqqas ta' sensittività li ntweriet lejn il-qraba tal-imputat." 

Filwaqt li fakkar illi l-ġurnaliżmu jġib miegħu r-responsabilitajiet, Mifsud sostna wkoll illi, "f'pajjiżna m'għandniex Qrati tal-poplu li jiddeċiedu l-kawżi fi Pjazza San Franġisk jew it-Tokk, fuq iz-zuntier ta' xi knisja jew fil-ħwienet tal-merċa, fuq Facebook, f'xi portal jew blog." 

Mifsud, fis-sentenza tiegħu kompla jgħid illi l-każ spiċċa ballun "fl-arena politika partiġġjana u ħafna mir-rapporti kienu mibnija fuq il-fantasija u mhux il-provi li nġabu fil-Qorti."

Minikejja dan, il-Maġistrat, la għamel referenza għal mezz illi fih dehru dawn l-artikli u lanqas għall-liema artiklu kien qed jirreferi fis-sentenza, anke jekk kien hemm diversi ġurnali li rraportaw il-każ b'angoli kompletament differenti. Huwa kompla jgħid li jinsab sorpriż illi ma kien hemm ħadd mill-ġurnalisti li attenda għas-seduti fil-Qorti.

Intant il-Maġistrat Mifsud ma sabx lil Bogdanovich ħati li kkaġuna lil martu u oħrajn biżà li se tintuża l-vjolenza kontrihom jew kontra l-proprjetà ta' xi ħadd," u lanqas sabu ħati li "insulenta, inġurja jew hedded bi kliem lil martu u oħrajn.."

Min-naħa l-oħra Mifsud sab lill-footballer ħati illi jirreġistra armi li kellu fil-pussess. 

Mifsud immultah €1,000, ordnat is-sospensjoni tal-armi u imponiet garanzija personali ta' €2,000 marbuta għal sena. Il-Qorti qiegħdet ukoll lil martu taħt Ordni ta' Protezzjoni. 

More in Kronaka