Joseph Calleja, Brian Schembri u l-orkestra Maltija....vulkan ta’ talent

Jingħataw ovazzjoni minn mijiet ta’ dinjitarji internazzjonali fil-ftuħ tal-Presidenza Maltija fi Brussell

ritratt: Ray Attard
ritratt: Ray Attard

Is-siparju fuq il-presidenza  fi Brussell tela' lbieraħ meta wirja enormi ta’ talent mit-tenur Joseph Calleja, mis-surmast bravissimu Brian Schembri u l-orkestra Nazzjonali Maltija splodew teatru nies f’vulkan ta’ talent.

Standing ovation għat-talent Malti: ritratt Ray Attard
Standing ovation għat-talent Malti: ritratt Ray Attard

Dinjitajri barranin, mijiet ta’ ħaddiema Maltin li jaħdmu fuq il-Presidenza fi Brussell, oħrajn li jaħdmu f’istituzzjonijiet oħra fi Brussell, Ministri, segretarji Parlamentari, ambaxxaturi, il-Prim Ministru Malti u s-sinjura tiegħu flimkien mal-President ta’ Malta, anke dawk il-ħafna li kienu preżenti taħt kuluri differenti, qamu fuq saqajhom u taw ovazzjoni enormi lit-talent Malti li tħossok kburi li int Malti.

Il-President ta' Malta Marie Luuise Coleiro Preca  u  r-raġel is-Sur Edgar Preca, il-Prim Ministru Joseph Muscat u s-sinjura tiegħu Michelle Muscat, u l-ambaxxatur Malti għal Brussel  l-eċċ tiegħu Ray Azzopardi: Ritratt Ray Attard

Kien ftuħ eċċezzjonali, ftuħ ta’ klassi li bla dubju għolla l-livell ta’ pajjiżna sew bl-organizazzjoni, kif ukoll bit-talent muri.

More in Kronaka