X'jiswa li tagħmel il-multi jekk iddawwar wiċċek għal min jikser il-liġi

Id-deputat Laburista Luciano Busuttil jiġbed ritratti ta' għexiern ta' nies jiksru l-liġi u ħadd ma jagħti kas

Id-deputat Laburista Luciano Busuttil hu magħruf li dak li hu iswed jgħidu iswed u mhux l-ewwel darba li ikkritika lill-amministrazzjoni tal-gvern tiegħu meta l-affarijiet ma mxewx kif kellu jkun. Fil-fatt il-bieraħ poġġa ritratt fuq il-facebook tiegħu tat-tieqa tad-dwejra. Fil-jiem li għaddew il-gvern ħabbar li min se jkun miexi fuq it-tieqa tad-dwejra f'Għawdex, se jeħel multa ta' 1,500 ewro. Ir-ritratt jitkellem waħdu li mhux bhilli tħabbar li se timmulta lil min jikser il-liġi jekk int iddawwar wiċċek meta vilment għexieren ta' nies jiksru l-liġi u ma jsir xaejn. U biex iddawwar wiċċek irid ikun hemm min jagħti l-multi għax il-fatt li ħadd ma raha lil dawn in-nies ħlief id-deputat laburista hi xi ħaġa tal-mistħija. Il-liġi qiegħdha hemm biex tiġi rinforzata.

More in Kronaka