filmat | Minn tal-inqas 14 mejta f'terremot fiċ-ċentru tal-Italja

Il-belt ta' Amatrice fl-Italja taħt it-trab...is-sindku jgħid li l-belt hi distrutta

Persuni jġorru ferut wara li ġie salvat f'Amatrice
Persuni jġorru ferut wara li ġie salvat f'Amatrice

"Il-belt m'għadhiex teżisti. Hemm in-nies taħt it-tifrik." Din kienet l-ewwel reazzjoni ta' Sergio Pirozzi, sindku ta' Amatrice fl-Italja, wara li matul il-lejl li għadda, terremot ta' 6.0 fuq l-iskala Richter ħasad lill-Italja, partikolarment iż-żona ċentrali, iżda mhux biss għax it-theżżiżiet inħassu minn partijiet differenti tal-Italja. L-ewwel theżżiża nħasset għall-ħabta tat-3.30 ta' filgħodu, bl-akbar danni jkunu fil-villaġġi ta' Accumoli u Amatrice. 

Minn tal-inqas, huma 14, il-vittmi ta' dan it-terrimot, b'ħafna iktar għadhom ma nstabux u midfuna taħt it-tifrik. F'Accumuli, diġà hemm sitt vittmi tat-terremot, waqt li qed isiru l-isforzi kollha sabiex familja ta' erba' persuni tinqala' minn taħt it-tifrik ta' darha. Rapporti sostnew li mal-15-il persuna qed jippruvaw isalvaw lil din il-familja, wara li anke nstemgħu l-għajjat tal-omm u ta' wieħed mit-tfal. Issemmew ukoll ħames persuni li tilfu ħajjithom f'Amatrice, u kien hemm rapporti ta' xi turisti li spiċċaw blukkati taħt it-tifrik tal-lukanda tagħhom.
F'Arquata, il-vittmi telgħu għal tlieta, inkluż koppja anzjana, waqt li għaddejjin it-tfittxijiet għal żeġt ibniet li wkoll waħlu taħt it-tifrik. hawnhekk, instab tifel ħaj li ġie salvat.

Dehra tal-villaġġ mill-ajru wara t-tifrik li ħalla warajh it-terremot
Dehra tal-villaġġ mill-ajru wara t-tifrik li ħalla warajh it-terremot

More in Kronaka