Aġġornata | Il-familja tidentifika l-katavru misjub dalgħodu bħala dak tal-Ġermaniż nieqes

Il-Familja Mansholt identifikat il-katavru misjub dalgħodu bħala dak ta' Mike Mansholt, iż-żgħażugħ Ġermaniż ta' 17-il sena li kien ġie rrapportat nieqes 
 

Mike Mansholt, il-Ġermaniż ta' 18-il sena rrappurtat nieqes u x'aktarx misjub mejjet f'Ħad Dingli
Mike Mansholt, il-Ġermaniż ta' 18-il sena rrappurtat nieqes u x'aktarx misjub mejjet f'Ħad Dingli

Il-Familja taż-żgħażugħ Ġermaniż ta' 17-il sena, Mike Mansholt, li kien ġie rrapportat nieqes xi ġranet ilu, għada kif uffiċjalment identifikat il-katavru misjub dalgħodu f'Ħad Dingli bħala dak ta' Mike.

F'kummenti fuq paġna facebook huma stqarru "B'xi mod ħalliena. Imma f'ħafna modi oħrajn, għadu hawn, hawn magħna. F'ħafna modi, se jibqa' dejjem magħna."

Kmieni dalgħodu, ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili stqarru li membri tagħhom sabu u indetifikaw katavru, flimkien ma' rota, li jindikaw li dan huwa Mike Mansholt, iż-żgħażugħ Ġermaniż ta' 17-il sena li kien ġie rrapportat nieqes.

Is-sejba saret mill-membri tal-USAR, flimkien mas-sezzjoni tal-klieb tal-Pulizija, waqt li kienu qed jagħmlu tfittxija għal Mansholt fil-limiti ta' Ħad Dingli. 

Il-katavru, li kien digá fi stat ta’ dekompożizzjoni instab madwar għaxar sulari l-isfel mit-triq. Xi metri aktar il fuq minn fejn instab il-katavru, kien hemm ukoll rota.

Is-sejba tal-katavru saret fl-istess ħin waqt li l-familjari ta' Mansholt kienu qed jindirizzaw konferenza stampa biex jitolbu l-pubbliku Malti jgħin fit-tfittxija għal Mike.

Hu mifhum li Mike, deskritt minn ħuħ bħala ġuvni avventuruż ħafna, kien kera rota minn Tas-Sliema stess, bil-għan li jesplora l-kosta ta' Malta. Iż-żagħżugħ intlemaħ l-aħħar darba nhar it-18 ta' Lulju, hekk kif huwa ħareġ bir-rota biex jibda l-mawra esplorattiva tiegħu, li minna qatta ma rritorna.

Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Dr. M Farrugia, li ħatret diversi esperti sabiex jassituha fl-inkjesta.

More in Kronaka