Malti ieħor arrestat fil-Libja

akkużat b'kuntrabandu ta' diesel

ritratt mehud minn TVM.com.mt
ritratt mehud minn TVM.com.mt

Il-portal tal-istat TVM.com.mt ħabbar li hemm Malti ieħor arrestat fil-Libja. Il-gwardji tal-Kosta Libjana f'Al Zawija arrestaw ħames persuni dwar kuntrabandu tad-diesel. Wieħed minnhom hu Malti. Huma ġew arrestati waqt li kienu ħerġin mil-Libja.

Il-ħames baħħara arrestati kienu Malti, Alġerin, Sirjan u żewġ Eġizzjani u kienu fuq tanker taż-żejt fl-ibħra Libjani.Huma ttieħdu l-libja biex jittieħdu passi legali inkluż il-Malti.

More in Kronaka