[FILMAT GRAFIKU] Żagħżugħ ta' 13-il sena maqtul b'xebgħa ħadida

Il-filmat ma jurix il-mument li ż-żagħżugħ inqatel fil-Bangladesh għax seraq rickshaw

Samiul Alam Rajan ta' 13-il sena jidher qed jiġi msawwat b'pipe tal-ħadid waqt li huma kienu qed jidħku. Il-pulizija fil_bangladesh qed ifittxu dan il-gang ta' rġiel li sawtu lil dan it-tfajjel sa ma qatluh u wara poġġew il-filmat fuq l-internet.

Skont il-ġurnali Indjani, wieħed minnhom ġie arrestat fuq suspett tal-qtil tat-tfajjel u hemm ieħor li wkoll ġie arrestat. Il-filmat sħiħ hu ta' 28 minuta, daqshekk damu jsawtuh sa ma nqatel, iżda l-filmat li qed nipproduċu hu biċċa żgħira ħafna. Iż-żagħżugħ ġie marbut ma' pole u jinstema jwerżaq bl-uġiegħ waqt li bdew jagħtuh daqqa wara l-oħra bil-pajp. Wieħed minn dawk li kienu qed isawtuh jinstema jidħak waqt li ż-żagħżugħ kien qed jitlob biex iħennu għalih u jieqfu. Wara l-awtopsja sar magħruf li l-mewt tat-tfajjel waslet minn hemorrhage fir-ras fejn kellu 60 ferita f'rasu.

Skont rapporti Muhit Alam ta' 22 sena hu dak li ġie arrestat meta inqabad qed jipprova jeħles mill-ġisem tal-mejjet. Il-ġenituri tiegħu qalu li hu mhux ħalliel iżda telaq mill-iskola biex jibda jbiegħ l-ħaxix bir-rickshaw biex jgħin il-familja.

Sadattant ħu Amral, kamrul islam ta' 24 sena, Ali haider ta' 34 sena u Moyna Mia ta' 45 sena huma akkużati bi qtil bil-ġuri jibda nhar it-Tnejn.

Tlieta oħra għadhom qe djiġu mfittxija u l-ħames wieħed Hossain Ablus ta' 32 sena qed jiġi interrogat.

More in Kronaka