Il-mara li beżqet fuq l-Ungeriż tgħid li ġiet mgħajra 'qaħba' u mbuttata fuq railing tal-ħadid

L-avukat tagħha f'isimha jgħid lil Malta Today li l-affarijiet iridu jitpoġġew fil-perspettiva tagħhom

It-tfajla ta' 29 sena tkellmet mal-Malta Today permezz tal-avukat tagħha dwar l-inċident li ġara l-belt din il-ġimgħa fejn Ungeriż iswed li kien qed jipprova jorganizza kju ġie attakkat minn din it-tfajla Maltija li beċqitlu tliet darbiet u tagħtu daqqa ta' ħarta fuq wiċċu. Skont din it-tfajla Maltija qalet li l-istampa li pinġa Daboma Jack mhix qed turi eżatt kif ġraw l-affarijiet. Hi qalet li dak il-ħin kienet ġejja mill-isptar ma' ommha li kienet għadha kif ġiet operata. Dak li kien qed jipprova jagħmel Jack billi jirranġa l-kju spiċċat mbuttata ma' railing tal-ħadid. Fl-istess ħin jack pprova jiffilmja r-rejazzjoni tagħha filwaqt li skont l-avukat tal-mara Jack qalilha 'li dawn l-affarijiet jiġru Malta biss', affermazzjoni li wieġbet għaliha billi qaltlu li seta jmur lura lejn pajjiżu u ħadd mhu se jżommu milli jagħmel dan.'

Barra hekk f'kummenti li hi tat lil TVM, il-mara qalet li hi mhix razzista u li ġiet mgħajra qaħba (prostituta) minn Daboma Jack. Hi qalet lil Malta Today li tant l-inċ1ident ma kienx motivat minn razziżmu li minn jeddha marret għand il-pulizija nhar il-Ġimgħa, li anke l-pulizija kkonfermaw dan il-fatt u rrapurtat l-inċident. S'issa ħadd ma jaf jekk hux se tiġi mtella l-qorti akkużata b'xi reat.

 

More in Kronaka