(Aġġornat) Franċiża ta' 15-il sena taqa għoli ta' sular mhux sitt sulari f'lukanda l-Qawra

Sofriet ġrieħi ħfief

Aġġornament

Wara li tard ilbieraħ il-Pulizija ħarġu stqarrija bil-lingwa Ingliża biss u injoraw il-lingwa Maltija, dalgħodu l-istess Pulizija ħarġu stqarrija oħra bl-Ingliż fejn qalu li t-tfajla ta' 15-il sena li tard it-Tnejn filgħaxija waqgħet minn għoli ta' sitt sulari, skont l-istqarrija tagħhom stess, fil-fatt il-vittma waqgħet għoli ta' sular u mhux ta' sitt sulari. Skont l-istqarrija tal-Pulizija għalkemm it-tfajla kienet fis-sitt sular, meta waqgħet ġiet fuq pajpijiet li kienu fil-ħames sular. B'xort tajba hija sofriet ġrieħi ħfief.

iktar kmieni...

Tfajla ta' 15-il sena Franċiża weġġgħet meta waqgħet ġo shaft għoli ta' madwar 6 sulari f'lukanda fi Triq Cunningham il-Qawra. L-inċident ġara għal ħabta tad-9 ta' filgħaxija tal-bieraħ. Kellhom ikunu nies mill-protezzjoni ċiċvili u tobba biex ħarġuha minfejn waqgħet għax ma kienx faċli l-aċċess biex tinħeles. Il-kundizzjoni medika tat-tfajla għadha mhix magħrufa.

 

More in Kronaka