Hold-up ieħor – it-tmien wieħed dan ix-xahar biss

Ħalliel armat seraq €2,500 minn supermarket fis-Swieqi

Il-Pulizija qed tinvestiga każ ieħor ta’ hold-up li seħħ tard il-Ħadd fil-għaxija f’supermarket li jinsab fi Triq l-Ibraġġ fis-Swieqi.

Il-kriminal daħal fis-supermarket, x’aktarx li ma kellux wiċċu mgħammad, armat b’dik li dehret bħala arma tan-nar. Huwa hedded lill-kaxxier u ordnalu jtih il-flus li skont stqarrija tal-Pulizija l-ħalliel seraq madwar €2,500.

Il-Pulizija tad-Distrett kif ukoll dawk mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali qed jinvestigaw da nil-hold-up. S’issa din is-sena saru 11-il każ li nafu bihom aħna li tmienja minnhom seħħew dan ix-xahar b’ħamsa minn dawn fi spazju ta’ ħamest ijiem.

 

More in Kronaka