[AĠĠORNAT] Għawdxi minn Għajnsielem f'periklu tal-mewt

Waqa' xi ġebel fuqu waqt li kien qed jaħdem f'barriera

Paul Attard ta’ 54 sena, residenti Għajnsielem, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li llum, 14 ta’ Frar, 2015, għal ħabta tat-3pm, kellu inċident ġewwa Triq il-Fortin Sant’ Anton, Qala, Għawdex.

Minn stħarriġ preliminari li sar, jirriżulta li għal xi raġuni waqt li r-raġel kien qiegħed jaħdem ġo barriera, kien waqa’ xi ġebel fuqu.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, sabiex jingħata l-kura meħtieġa, iżjed tard hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi u kien fil-periklu li jitlef ħajtu.

Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin filwaqt li nħatru diversi esperti biex jassistu b’inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka