Argument f’San Ġwann li seta’ spiċċa ħażin

Intervent f’waqtu mill-Pulizija tad-Distrett u l-RIU

Il-Pulizija jkellmu lil wieħed mill-irġiel.
Il-Pulizija jkellmu lil wieħed mill-irġiel.

Għall-ħabta tal-4.10pm il-Pulizija ġew informati li kien hemm argument bejn Malti u barrani qrib il-kafetterija tal-kumpanija Golden Harvest li jinsab fil-Qasam Industrjali ta’ San Ġwann.

L-ewwel rapport kien jgħid li wieħed minnhom seta’ kellu xi flixkun f’idejh. Fi ftit minuti waslu l-Pulizija mill-Iskwadra tar-Rapid Intervention Unit kif ukoll dawk tad-Distrett. Wara li kellmu lil dawk involuti s-sitwazzjoni kkalmat tant li jidher li żewġt irġiel irranġaw id-differenzi li kellhom bejniethom.

More in Kronaka