Jaqa’ qrib post ta' kostruzzjoni f'Santa Venera

Sid il-post mar jara x-xogħol kif inhu sejjer u spiċċa l-isptar

Il-post tal-inċident f'Sta Venera
Il-post tal-inċident f'Sta Venera

Sid post fejn qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni fi Triq Braille f’Santa Venera, ddaħħal l-Isptar Mater Dei isofri minn ġrieħi x’aktarx f’sidru meta waqa’ minn għoli ta’ madwar metru u nofs.

Skont ħaddiema fuq il-post l-inċident seħħ dalgħodu ftit qabel l-10am meta s-sid tela’ fuq żewġ blokki tal-konkrit biex jittawwal għal ġewwa s-sit. Jidher li kif kien hemm fuq tilef il-bilanċ b’konsegwenza li waqa’ b’konsegwenza li weġġa’ sidru.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn qiegħed jingħata l-kura meħtieġa. Il-Pulizija s’issa għadhom ma daħlux f’dan il-każ u għaldaqstant ma stajniex nikkonfermaw kif eżatt seħħ l-inċident jew min huwa propjament il-vittma.

Ma' iktar dettalji, l-artiklu jiġi aġġornat.

More in Kronaka