[Aġġornat 1] Tank waqa' minn tliet sulari fuq rasha fi triq fil-Ħamrun

Mara tweġġa' wara li waqa' tank tal-ilma fuq rasha

Ritratt arkivji
Ritratt arkivji

Fl-4.15pm tank tal-ilma waqa' tliet sulari fuq mara, Anna Buttigieg ta' 52 sena mill-Ħamrun li kienet għaddejja minn Triq Patri Magri fil-Ħamrun stess.

Bl-impatt Buttigieg waqgħet fl-art fejn issejħet ambulanza kif ukoll il-Pulizija

Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei fejn qiegħda tingħata l-kura medika l-aktar għal ġrieħi li sofriet f'rasha. Mhiex magħrufa l-kundizzjoni tagħha u l-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

More in Kronaka