Żagħżugħ ikorri f’inċident tat-traffiku fil-Marsa

Ħabat mal-‘crash barrier’ x’aktarx minħabba ż-żlieq fit-triq

Il-vann involut fl-inċident. Ritratt CMRU
Il-vann involut fl-inċident. Ritratt CMRU

Żagħżugħ ta’ 21 sena minn Birkirkara ddaħħal l-Isptar Mater Dei jsofri minn xi ġrieħi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Aldo Moro fil-Marsa.

Dan l-inċident seħħ aktar kmieni llum meta ż-żagħżugħ kien qed isuq vann Toyota fid-direzzjoni tal-Belt. Jidher li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura x’aktarx minħabba ż-żlieq li kien hemm fit-triq bix-xita li kienet qed tagħmel dak il-ħin b'konsegwenza li baqa' dieħel fil-'crash barrier'.

Il-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhix magħrufa.

More in Kronaka