(Aġġornat b'aktar dettalji, ritratti u filmati) Serqa ta' nagħaġ f'Ħal Luqa

Jinsterqu madwar 18-il nagħġa minn razzett f'Ħal Luqa. Il-kelba nstabet taħt tank imsaddad b'kantun fuqu

Anthony Caruana qrib il-kamra fejn kienu nagħaġ. Ritratt Chris Mangion
Anthony Caruana qrib il-kamra fejn kienu nagħaġ. Ritratt Chris Mangion
Il-marki tat-tyres tat-trakk li wżaw i-ħallelin. Ritratt Chris Mangion
Il-marki tat-tyres tat-trakk li wżaw i-ħallelin. Ritratt Chris Mangion
Il-kamra fejn kien iżomm in-nagħaġ Anthony Caruana. Ritratt Chris Mangion
Il-kamra fejn kien iżomm in-nagħaġ Anthony Caruana. Ritratt Chris Mangion
Serqa ta' nagħaġ. Filmat Chris Mangion

Kien xokk għal Anthony Caruana ta' 47 sena minn Ħal Luqa meta llum għall-ħabta tas-2.30 p.m. mar bħas-soltu fir-razzett tiegħu li jinsab fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa qrib il-kappella u sab in-nagħaġ li kellu nieqsin. Caruana mill-ewwel induna li dawn ma kienux ħarbu imma nsterqu. L-ewwel indikazzjoni li kien daħal xi ħadd kienet li l-kelba li għandu sabha taħt tank tal-45 gallun imsaddad u b'kantun fuqu biex ma tkunx tista' tkun ta' tfixkil. Din is-serqa, li mhix waħda li nsiru nafu spiss bħala, x'aktarx li saret matul illejl ta' bejn l-Erbgħa u l-Ħamis.

Min daħal fil-propjetá tiegħu għamel dan billi fetaħ il-kanċell u daħal bi trakk. Dan kien evidenti minn marki tat-tyres fil-ħamrija. Caruana qalilna li jekk jarahom x'imkien huwa kapaċi jarafhom tant li saħansitra jkun jaf liema nagħaġ jagġtuh l-aktar ħalib.

Caruana qaliln li serqulu bejn 18 u 20 nagħaġa li huwa jistma li jiswew madwar €200-il waħda.

Din is-serqa aqed tkun investigata mill-Ispettur Spiridione Zammit flimkien mas-Surġent Saviour Camilleri mill-Għassa ta' Ħal Luqa.

More in Kronaka