[Aġġornat bir-ritratti, filmat u aktar dettalji] Nirien f'kumpanija tal-ġwież fil-Marsa

Intervent f'waqtu kemm tal-impjegati u tal-Protezzjoni Ċivili

Membri tal-Protezzjoni Ċivili jikkontrollaw in-nirien. Ritratt Chris Mangion
Membri tal-Protezzjoni Ċivili jikkontrollaw in-nirien. Ritratt Chris Mangion
Ritratt Chris Mangion
Ritratt Chris Mangion
L-Ispettur Spiridione Zammit u Carmel Fenech flimkien ma' membru tal-Protezzjoni Ċivili. Ritratt Chris Mangion
L-Ispettur Spiridione Zammit u Carmel Fenech flimkien ma' membru tal-Protezzjoni Ċivili. Ritratt Chris Mangion
Ritratt Chris Mangion
Ritratt Chris Mangion
Nirien fil-Marsa. Filmat Chris Mangion

Kmieni wara nofsinhar żviluppaw nirien fiż-żona industrijali tal-Marsa fil-kumpless tal-Koperattiva Produtturi tal-Ħalib. Carmel Fenech, l-Operations Manager tal-kumpanija, qalilna li n-nirien bdew għall-ħabta tat-3.30 p.m. x'aktarx minn short circuit fil-makkinarju li jkessaħ il-ġwież.

Kif l-impjegati raw id-duħħan ħiereġ mill-kamra kienu pronti u bdew jikkontrollaw in-nirien stess u fl-istess ħin il-kumplament tal-ħaddiema ħarġu kollha ’l barra bħala prekawzjoni.. Carmel Fenech qalilna li l-membri tal-Protezzjoni Ċivili waslu fuq il-post fi ftit minuti li komplew jikkontrollaw in-nirien tant li dan ma leħaqx infirex. Ħadd ma weġġa' f'dan il-każ.

Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett immexxijin mill-Ispettur Spiridione Zammit flimkien mas-Surġent Saviour Camilleri u l-Kuntistabbli Evan Xerri u Paul Grech.

More in Kronaka