It-tfajla ta' 14-il sena li ilha nieqsa 17-il ġurnata

Marret minn jheddha l-Għassa tal-Qawra

Malilyn Cernigliaro. Ritratt CMRU
Malilyn Cernigliaro. Ritratt CMRU

Marilyn Cernigliaro, it-tfajla ta’ 14-il sena, kienet irrapportata nieqsa mill-15 ta’ Diċembru li għadda, illejla marret minn jheddha fl-Għassa tal-Pulizija tal-Qawra.

Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji flimkien mal-Pulizija tad-Distrett ilejla stess dehru jagħmlu tfittxijiet intensiva fl-inħawi tal-Qawra u Buġibba.

Kien għall-ħabta tal-10.45 p.m. li Marilyn Cernigliaro daħlet fl-Għassa. Huwa mifhum li t-tfajla kienet qed toqgħod f’appartament fi Triq l-Alka fil-Qawra.

Marilyn Cernigliaro kienet irrapportat nieqsa wara li ħarbet minn ċentru f’Birkirkara meta oġġezzjonat li tingħata kura wara li kienet involute f’inkwiet fl-istess post fejn kienet qed tinżamm.

 

More in Kronaka