Immigrant jintlaqat minn karozza fil-Marsa

Qasam it-triq f’liwja perikoluża

Ritratt Arkivji
Ritratt Arkivji

Żagħżugħ ta’ 25 sena mill-Etiopja imma residenti l-Marsa, sofra ġrieħi ħfief meta ntalqat minn karozza fil-Marsa hekk kif kien qed jaqsam it-triq f’parti perikoluża.

L-inċident seħħ ftit qabel is-6.00 p.m. meta l-barrani kien qed jaqsam Triq Aldo Moro fejn hemm il-liwja perikoluża minn fejn taqsam it-triq. Dak il-ħin ġiet karozza Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 43 sena mill-Gudja li kienet sejra fid-direzzjoni ta’ Raħal Ġdid. Kif waslet biex iddur biex tmur lejn it-traffic lights ta’ ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata, sabet liż-żagħżugħ quddiema u minkejja li ppruvat tevitah, sfortunatament laqtitu xorta waħda.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-Etiopjan l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ħfief.

Il-Pulizija tad-Distrett, immexxijin mis-Surġent Kevin Grima mill-Għassa ta’ Birkirkara, ħejjew rapport tal-inċident.

More in Kronaka