(AĠĠORNAT 2 bir-rtitratti ) Nirien kbar fil-Qawra wara li nstemgħet splużjoni

Membri tal-Protezzjoi Ċivili fuq il-post jissieltu ma' nirien kbar

Membri tal-Protezzjoni Ċivili jissieltu man-nirien li ħakmu appartament fil-Qawra. Ritratt Chris Mangion
Membri tal-Protezzjoni Ċivili jissieltu man-nirien li ħakmu appartament fil-Qawra. Ritratt Chris Mangion
Ritratt Chris Mangion
Ritratt Chris Mangion
Ritratt Chris Mangion
Ritratt Chris Mangion
Ritratt Chris Mangion
Ritratt Chris Mangion
Ritratt Chris Mangion
Ritratt Chris Mangion
Ritratt Chris Mangion
Ritratt Chris Mangion

Aġġornament 2

Minn informazzjoni li waslet lil dan is-sit jirriżulta li l-Pulizija kienu informati li fir-raba’ sular ta’ blokk appartamenti magħrufin bħala tal-Big Ben kien hemm xi nirien. Fuq il-post marru l-Pulizija tal-RIU u kif dawn kienu telgħin bit-taraġ u waslu fit-tieni sular, seħħet splużjoni x’aktarx ta’ ċilindru tal-gass.

Mal-isplużjoni diversi twieqi tal-ħġieġ inkissru fejn anke fit-triq tar il-ħġieg.

Madwar siegħa wara li bdew in-nirien, dawn issa jidher li huma kkontrollati. Bħalissa l-membri tal-Protezzjoni Ċivili daħlu fl-appartament biex ikomplu jikkontrollaw in-nirien fuq ġewwa. 

L-inħawi bħalissa jinsabu mingħajr il-provista tal-elettriku minħabba dawn in-nrien.

Iktar kmieni...

Madwar 20 minuta ilu fl-inħawi ta' Dawret il-Qawra, għall-ħabta tal-5.30 p.m., instemgħet splużjoni li heżżet l-inħawi tal-Qawra u San Pawl il-Baħar. Mal-isplużjoni dehru nirien kbar. Bħalissa fil-Qawra hemm numru ta' vetturi tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bil-pumpieri jissieltu n-nirien.

L-ewwel informazzjoni li waslitlina tgħid li hemm żewġ appartamenti maħkumin min-nirien iżda jidher li ħadd ma weġġa'. Fuq il-post hemm il-Pulizija tad-Distrett u dawk tal-RIU li qegħdin iżommu n-nies milli jersqu viċin.

Aktar dettalji u ritratti kif jidħlulna.

More in Kronaka