Għawdxi Salesjan jista' jkun l-arċisqof il-ġdid ta' Malta

Il-blogspot Kattolika Pro Tridentina Malta tgħid dan skont sorsi minn ta' ġewwa

Fr Fabio Attard mal-papa
Fr Fabio Attard mal-papa

Il-blogg Kattoliku Pro Tridentina ilu mwaqqaf mill-2007 u għalkemm isem min imexxih mhux magħruf ikollu ħafna informazzjoni dwar il-Knsija Kattolika f'Malta min-naħa ta' Ruma u l-Vatikan.

Ftit ħin ilu din il-blogg ħareġ bl-aħbar li sorsi infurmati tagħhom li jistgħu jkunu mis-santa sede, mill-Kurja jew minn Nunzjatura kkonfermawlhom li l-Papa għażel li jkun arċisqof ta' Malta lil Fr Fabio Attard, Salesjan. Pro Tridentina jidher li taqbel ma' din l-għażla għax dan jemmen li r-responsabilità tal-arċisqof il-ġdid hu li jipproteġi l-liturġija miż-żewġ forom tar-Rit Ruman.

Fr. Attard twieled fit-23 ta' Marzu 1959 (55 sena) f'Għawdex u sar patri Salesjan fl-1980 f'Dublin l-Irlanda. Kien sar saċerdot Ruma. Kien rettur tas-Sliema ta' San Alfons u wara ta' St Patrick's. Kien iggradwa fit-teoloġija Morali f'Ruma. Kien ir-rettur tal-Istitut tal-formazzjoni Pastorali, li kien ħoloq hu stess fl-Arċidjoċesi ta' Malta. Fr Fabio Attard qed iservi bħala kunsillier għat-tieni terminu konsekuttiv bħala kunsillier tal-ministeru taż-żgħażagħ Salesjani.

More in Kronaka