Student li kien bullied daħal jispara fi skola, qatel student ieħor u lilu nnifsu

Student ta' 15-il sena daħal jispara bl-addoċċ fi skola f'Seattle, Washington, qatel wieħed u fera erba' oħra u wara spara għalih innifsu

familjari jistennew lill-istudenti joħorġu mill-iskola
familjari jistennew lill-istudenti joħorġu mill-iskola

Xhiedha ta' din l-isparatura qalu li dan l-istudent daħal fil-kafetterija ta' din l-iskola kbira li fiha jattendu 2,500 student f'Seattle u beda jispara bl-addoċċ fuq studenti sħabu. Student li kien fil-kafetterija waqt l-isparatura qal li f'daqqa waħda kullimkien imtela bid-demm. Dan qal li kien hu li ċempel fuq in-numru 911 lil pulizija u li kien jaf personali lill-qattiel li ddeskrivih bħala student popolari iżda dan l-aħħar kien vittma ta' bullying.

 

 

 

 

 

 

 

 

More in Kronaka