Pistorius jaf jispiċċa skjav tas-sess

Oscar Pistorius irid jara kif se jirnexxilu jgħix ħames snin f'ħabs immexxi minn tliet klikek vjolenti

Oscar Pistorius jaf jispiċċa skjav tas-sess
Oscar Pistorius jaf jispiċċa skjav tas-sess

In-numri 26, 27 u 28 fil-ħabs ta' Pretoria fl-Afrika t'isfel ifissru tliet gangs li jmexxu dan il-ħabs għal dawn l-aħħar mitt sena. Huma jiddominaw is-sistema b'riti sataniċi u oskuri, intimidazzjoni sesswali u kultant vjolenza estrema.

Pistorius li beda jservi sentenza ta' ħabs ta' 5 snin wara li qatel lit-tfajla tiegħu Reeva Steenkamp, irid jitgħallem kif jinnaviga fil-kurituri misterjużi ta' dan il-ħabs. Għax ħajtu tiddependi minn dan. Skont l-avukati tiegħu ħajtu diġà hi mhedda mill-'ġeneral' tal-gang numru 26, li hu qattiel li qed iservi 33 sena l-ħabs. Hu qal li jekk Pistorius jingħata xi tip ta' trattament speċjali joqtluh.

Pistorius jitpoġġa f'post segregat fejn hemm miżmum il-qattiel tal-massa ta' żmien l-apartheid, Eugene de Kock. Jekk le allura jrid l-protezzjoni tal-gangs 27 u 28 biex jeħilsuh mit-theddida tal-gang 26.

Dawn il-klikek huma speċi ta' organizzazzjonijiet kriminali li jmexxu l-prostituzzjoni, droga u protezzjoni li minnhom idaħħlu miljuni kbar kull sena. Pistorius se jkun diffiċli għalih li jingħaqad man-numru 27 għax huma l-aktar vjolenti. L-uniku ċans tiegħu hu li jingħaqad mal-klikka 28 li jmexxu l-kċina tal-ħabs. Iżda biex togħla fil-ġerarkija tagħhom hu diffiċli tant li biex wieħed jitla' 'l fuq irid jagħti daqqa ta' sikkina lil wieħed mill-gwardjani tal-ħabs. Barra hekk, din il-klikka jiċċelebra relazzjonijiet bejn l-istess sess. Dawk li jkunu taħt probation iridu juru li huma jaċċettaw is-sess billi jikxfu sidirhom u dawn jingħataw ħafna fsied u protezzjoni basta jkunu speċi ta' skjavi tas-sess.

 

 

 

 

More in Kronaka