FILMAT | ‘Dan il-Gvern ma kellux bżonn hijack biex jidher sabiħ...’

Operazzjoni ta’ suċċess, propaganda jew finta? L-ILLUM tintervista lill-Ministru Carmelo Abela dwar il-hijack ta’ Diċembru

Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela –  Ritratt: James Bianchi
Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela – Ritratt: James Bianchi

Wara l-kriżi tal-hijack li seħħet fit-23 ta’ Diċembru, li żammet pajjiż sħiħ fuq ix-xwiek, u li wara sigħat ta’ negozjati, spiċċat b’wiċċ il-ġid, l-ILLUM riedet titfa’ aktar dawl fuq l-akkużi li qed jidhru, partikolarment fuq il-media soċjali, li dan il-hijack kien fażull, fabbrikat jew li kien propoganda pjanata mill-Gvern.

Intervista mal-Ministru Carmelo Abela | Filmat ta' James Bianchi

F'intervista li se tidher fil-ħarġa t'għada tal-gazzetta ILLUM  tkellimn mal-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela.

Meta mistoqsi dwar dak li qiegħed jissejjaħ fuq il-media soċjali bħala ‘hijack finta’ il-Ministru Abela tbissem, hekk kif stqarr li ma jafx kif ċerti affarijiet jgħaddu minn moħħ xi nies.

Abela qal li “għax għall-grazzja t’Alla, l-affarijjiet spiċċaw b’wiċċ il-ġid, issib min jgħid li kollox kien pjanat, bl-istess mod kif xi ħadd li ma jilħaqx l-għeneb jgħid li huwa qares,” hekk kif esprima t-tama tiegħu li m’hemmx persuni li ma ħadux gost li l-affarijiet imxew b’wiċċ il-ġid...

Fl-istess intervista li se tidher fil-ħarġa t'għada, Il-Ministru Abela jagħti aktar dettalji dwar il-hijack, kif ukoll jitkellem ma' din il-gazzetta dwar l-immigrazzjoni f'Malta u fl-Ewropa kollha.

Intant fuq il-gazzetta ILLUM tistgħu taqraw iktar dwar x'għandna nistennew fl-2017, il-bejgħ matul l-istaġun tal-Milied, is-sitwazzjoni ta' kriminalità fis-Swieqi u intervista mal-Membri Parlamentari Ewropej maltin dwar il-Presidenza. 

 

More in Intervisti