FILMAT | ‘Il-kanzunetta hija tal-poplu u l-poplu se jagħżilha’

John Bundy jgħid li r-riżultati tal-Eurovision tawh raġun 

Fl-ewwel intervista tiegħu mal-ILLUM minn meta nħatar Kap Eżekuttiv tal-PBS, John Bundy jiżvela li l-persuna li se tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision organizzat fl-Ukrajna, s-sena d-dieħla se tkun magħżula mill-poplu. Dan kuntrarjament għal dak li seħħ f’dawn l-aħħar snin, fejn il-vot ta’ ġurija kellha l-istess saħħa daqs dak tan-nies.

Fl-intervista li qed tidher fl-ILLUM, Bundy jgħid li qatt ma kellu ndħil politiku u  jiżvela wkoll li se jkollu programm fuq il-PBS. Mistoqsi jekk iħossx li jista’ jkollu kunflitt ta’ interess hekk kif se jippreżenta programm fuq l-istazzjon li jmexxi, Bundy jinnega u jfakkar li Reno Bugeja, Kap tal-Aħbarijiet fuq l-istess stazzjon, jippreżenta programm hu wkoll.

Bundy iżomm lura milli jikkritika lill-eks CEO tal-PBS Anton Attard u li jżomm lura wkoll milli jagħti risposti ċari dwar il-qagħda finanzjarja tal-PBS.   

More in Intervisti