Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Filmat | 'Dan il-Gvern huwa ‘pro-business’ u kull gvern għandu jkun hekk...'

Anġlu Xuereb jitkellem mal-ILLUM dwar l-industrija tal-kostruzzjoni, l-ekonomija, il-Gvern u l-futur ta' Malta...

Ruben Anthony Xuereb / 10 ta' Settembru 2016 18:29
L-intrapreditur, lukandier u żviluppatur Anġlu Xuereb
Fil-ħarġa t'għada tal-gazzetta l-ILLUM, se tkun ippublikata intervista mal-intraprenditur, lukandier u żviluppatur Anġlu Xuereb, li fost affarijiet oħra, qasam mal-ILLUM is-siġriet tas-suċċess tiegħu u xi ideat u pjanijiet li għandu għall-iżvilupp ta' Malta

Meta mistoqsi dwar it-tikketta li qed jingħata dan il-Gvern, iġifieri li huwa 'pro-business', Anġlu Xuereb stqarr mal-ILLUM illi “Iva, dan il-Gvern huwa ‘pro-business’ u kull gvern għandu jkun hekk”

Intervista Anġlu Xuereb - Part 1 | Filmat ta Chris Mangion
“Dan għaliex,” spjega Xuereb, “il-gvern jiddependi ħafna fuq is-settur privat biex imexxi l-mutur tal-ekonomija. Il-Gvern qiegħed hemm biex jagħmel politiki u liġijiet, u l-bqija għandu jagħti ċ-ċans lis-settur privat, biex ikun hu li jdawwar ir-rota tal-ekonomija u joħloq ix-xogħol.”

Xuereb żied jgħid li filwaqt li kull Gvern għandu jkun ‘pro-business’, “dan ma jfissirx li ma jagħtix każ liż-żgħir, imma iva, s-settur privat għandu jkun il-mutur tal-ekonomija tal-pajjiż”

 

Aqra l-intervista sħiħa fil-ħarġa t'għada tal-gazzetta l-ILLUM 

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook