Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

filmat | ‘Missieri soċjalist kien u soċjalist baqa’, imma Muscat differenti’

Yana Mintoff f'intervista mal-ILLUM titkellem dwar x'taħseb li tkun l-opinjoni ta' missierha dwar il-pajjiż 

Veronica Lynn Mizzi / 4 ta' Settembru 2016 08:24
F'intervista ma' bint il-Perit Mintoff, Yana, il-gazzetta ILLUM tistaqsi x'taħseb li jkun il-ġudizzju ta' missierha li kieku kellu jara l-pajjiż bħalissa.

“Missieri kien jemmen li kulħadd għandu d-dritt għal ħajja diċenti, u naħseb li fuq hekk, kieku jkun inkwetat. Jinkwieta li dawk li qed jaħdmu, uħud minnhom ukoll mhux qed ilaħħqu,” sostniet Mintoff bħala l-punt primarju. Semmiet ukoll in-newtralità bħala punt li kieku jkun qed jinkwieta lill-Perit.

“Naħseb li f’ċerti affarijiet, jaqbel li morna ’l quddiem, imma meta tħares b’mod ġenerali, missieri soċjalist kien, u soċjalist baqa’ jiġifieri dejjem kien jimbotta l-ħaddiem ’il quddiem biex ikun jista’ javvanza. Ir-ruħ tiegħu u l-interessi tiegħu kienu kompletament marbutin mal-interessi tal-maġġoranza tal-Maltin: il-ħaddiema.”

Meta mistoqsija jekk dawn l-interessi li qed issemmi, għadhomx imħarsa llum, Mintoff issostni li “hemm differenza kbira...l-affarijiet jinbidlu, u ma nistgħux immorru lura, per eżempju l-unions, m’għadhomx jaħdmu kompletament bl-istess mod li kienu, imma issa saru jiffukaw fuq kwistjonijiet differenti anke fuq affarijiet soċjali.”

Mintoff ittemm tgħid li l-ideoloġija hija xi ħaġa importanti u tara li tbiddlet wisq minn dik li kien hemm fit-tmexxija fi żmien missierha, Duminku Mintoff. “M’iniex ngħid li Joseph Muscat għandu jkun eżatt bħall-papà tiegħi, imma l-ideoloġija tbiddlet wisq favur l-interessi speċjali.”

'Aqra l-intervista sħiħa fil-ħarġa tal-gazzetta ILLUM'

filmat: Chris Mangion
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook