Il-Commonwealth għadu rilevanti daqskemm kien 50 sena ilu

Intervista esklussiva mal-viċi president taċ-CHOGM

Il-preparazzjonijiet għaċ-ĊHOGM li se jsir f’Malta f’Novembru li ġej ilhom li bdew sa minn Jannar  2014 u bħalissa hemm taskforce ta 21 impjegat jaħdmu fuq dan l-avveniment li se jsir f’pajjiżna għat-tieni darba. Hemm 53 pajjiż li jiffurmaw il-Commonwealth u ħafna minn dawn il-pajjiżi se jkunu rrappreżentati waqt il-laqgħa taċ-ĊHOGM f’Malta mill-kapijiet tal-istati rispettivi. Għalkemm hemm numnru kbir ta lingwi mitkellma fost it-53 pajjiż, il-lingwa użata waqt iċ-ĊHOGM hi l-lingwa ngliża.

Intant, din il-ġimgħa kien hawn Malta d-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, Josephine Ojiambo li tkellmet esklussivament mal-ILLUM dwar il-ħidma tal-Commonwealth u l-preparamenti għall-laqgħa taċ-ĊHOGM li se ssir f’Malta f’Novembru.

Fil-Commonwealth hemm għadd ġmielu ta’ pajjiżi. Temmen li l-Commonwealth għadu rilevanti fis-soċjetà li qed ngħixu fiha llum?

Bħalissa aħna qed niċċelebraw il-ħamsin sena mit-twaqqif tal-Commonwealth fejn għadna kemm ippublikajna l-mission statement tagħna. Qed ngħid dan għax illum għadna rilevanti daqskemm konna 50 sena ilu - fejn il-punti prinċipali huma d-demokrazija, diversità u żvilupp. Qed ngħid dan ukoll għax illum ninsabu f’Malta, pajjiż li hu fiċ-ċentru tad-dinja żviluppata u dik li għadha qed tiżviluppa. F’dan il-pajjiż żgħir tara u tmiss b’idejk id-diversità li hija parti mill-proċess demokratiku tant importanti fil-ħajja. Hemm ukoll is-servizzi soċjali tant bżonnjużi għaċ-ċittadini, l-edukazzjoni, is-saħħa, l-enerġija, ICT u it-toroq. Dawn huma kollha affarijiet essenzjali li kull gvern irid jaħdem fuqhom fl-interess taċ-ċittadini tiegħu. Hu għalhekk li qed ngħid li għadna relevanti bħala Commonwealth - għax dawn huma l-affarijiet li aħna rridu naraw fl-interess tan-nies.

L-Intervista sħiħa fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Intervisti