Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Il-Partit laburista ħadem biex jeqirdu lil familja Said min-Nadur iżda n-nies għarfet tagħżel – Edward Said

It-tielet sindku mill-istess familja fin-Nadur

John Busuttil / 26 t'April 2015 08:53
Bħala żagħżugħ Għawdxi u li ġej minn familja politika u Nazzjonalista ma stajtx ma nistaqsihx għaliex jaħseb li kienet ir-raġuni li n-Nazzjonalisti tilfu d-dominanza fil-gżira Għawdxija, meta kien hemm żmien mhux imbiegħed wisq li Għawdex kien meqjus bħala fortizza Nazzjonalista.

“L-element żagħżugħ m’għenx biex Għawdex jibqa’ fortizza Nazzjonalista. Naqas li joffri opportunitajiet ta’ xogħol. Naqas li joffri divertiment għaż-żgħażagħ Għawdxin u naqas li jkollu kandidati żgħażagħ li verament kienu viċin iż-żgħażagħ. Il-partiti jridu jifhmu li qiegħdha fl-istint taż-żagħżugħ tiegħu li jibdel u hekk għamel. L-element li ddum ħafna fil-gvern ukoll ma jgħinx. Il-politiċi jridu jieħdu tagħlima minn dawn ir-riżultati fejn irid ikun hemm bidla fl-uċuh, u fis-setturi kollha, l-istess uċuh iridu jinbidlu.”

Fuq wiċċ Edward wieħed jista’ jara persuna ambizzjuża fil-politika. Żgur li Edward mhux persuna li se jieqaf hawn bħala sindku biss, u żied jgħid, “Il-politika u l-parlament ma narahomx ’il bogħod minni.”

Tliet aħwa sindki fin-Nadur
Dan ifisser li Edward se jikkontesta lil ħuh stess? “Wara dan ir-riżultat, iċċajtajna ftit bejnietna, jien u ħija dwar dan, iżda ma rridx naqbeż żewġ tarġiet, għax aktar ma titla’ taraġ aktar tweġġa’ jekk taqa’ minn fuqhom. Issa se nipprova nagħmel suċċess personali kemm nista’. Il-politika kull ġimgħa tista’ tkun sena. Iżda mhux se nkun kandidat fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. L-għan tiegħi bħalissa li nagħmel in-Nadur aħjar, għax il-familja Said għandha għal qalbha n-Nadur u mhux għax għandna xi monopolju tar-raħal, u dan, in-nies jarawh fina għax għalhekk dejjem tellgħuna.

“Weġġgħani biss il-fatt li l-Partit Laburista ħadem bl-għajta biex jeqirdu lill-familja Said min-Nadur iżda n-nies taf tagħżel.”

 

Intervista sħiħa fil-ħarġa tal-ILLUM

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook