Owen Bonnici m'għandu l-ebda problema jaħdem ma' Anton Attard u Lou Bondi

Owen Bonnici jgħid li l-ministeru tiegħu u vetrina ta' Malta Tagħna Lkoll

Irrid li x-xandir nazzjonali jkun speċi ta' BBC ta' Malta
Irrid li x-xandir nazzjonali jkun speċi ta' BBC ta' Malta

Il-Ministru l-ġdid tax-xandir pubbliku, il-PBS, Owen Bonnici f’intervista li ta lil din il-gazzetta żvela li malli nħatar ministru, il-bord tal-PBS qallu li se jitfa’ r-riżenja tiegħu għax dik kienet l-etika. “Iżda barra l-bord tal-PBS anke il-Kap Eżekuttiv, Anton Attard tefa’ r-riżenja tiegħu, anke jekk l-etika ma kinitx titlob hekk mingħandu,” qalilna Owen Bonnici. Mistoqsi jekk aċċettax ir-riżenji tagħhom il-Ministru Bonnici qal, “Lanqas biss ħallejthom jiktbuha. Għidtilhom ‘taħlux ħin tiktbu riżenji għax se nirrifjutahom. Tlabthom biex dak il-ħin jużawh għax-xogħol li ried ikompli jsir.”

B’hekk Owen Bonnici kkonferma li l-bord kollu kemm hu u l-Kap Eżekuttiv Anton Attard huma konfermati għal darb’oħra. Mitlub jikkummenta dwar dak li qed jinkiteb fuq siti soċjali dwar partitarji u ‘suldati tal-azzar’ Laburisti li jridu kinsa fil-PBS, Owen Bonnici qal li n-nies ma tistax tqabbilhom ma’ dak li tiknes l-ixkupa.

Tkellem ukoll dwar Lou Bondi, huma ħafna l-Laburisti li qed jikkummentaw dwar il-ħlas esaġerat li qed jieħu fejn issemma li ngħata kuntratt ta’ €54,000 fis-sena. “Ma’ Lou naħdem ħafna fil-qasam kulturali u naħdem tajjeb u qed jagħti ħafna mit-talenti tiegħu bħalma hemm oħrajn bħal Jason Micallef u oħrajn li isimhom mhux magħruf li jaħdmu ħafna wkoll. Naħdem ma’ kulħadd basta jaħdmu, ikun xi jkun it-twemmin tagħhom.” Owen Bonnici qal li dwar il-ħlas ta’ Bondi, l-ministeru tiegħu m’għandux x’jaqsam u m’għandux interess li jiddiskutih.

Aqraw l-intervista kollha fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Intervisti