Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

In-numru tat-telefon ma bdiltux biex nibqa' nżomm kuntatt man-nies

Intervista esklussiva mal-ILLUM

John Busuttil / 29 ta' Novembru 2014 18:55
Ritratti - Chris Mangion
Miriam Dalli telgħet is-sellum fejn minn ġurnalista spiċċat fil-Parlament Ewropew. Illum kelliema ewlenija għal Partit Soċjal Demokratiku Ewropew fuq il-kwistjoni tal-emissjonijiet tossiċi fl-arja. 

Tgħid li meta kienet iżżur il-votanti ħafna kienu jgħidulha li issa titla' u tinsiehom iżda mhux talli għamlet hekk, talli lanqas in-numru tal-mobile ma bidlet u baqgħet b'kuntatt dirett man-nies.

Miriam hi omm u fl-intervista tgħidilna x'inhi tagħmel biex tkampa mat-tarbija u mal-ħajja miżżewġa.

Magħrufa wkoll għal ġmiel naturali tagħha, iżda kien biss il-ġmiel li wassalha fil-quċċata tal-karriera tagħha? U din hi l-quċċata tal-karriera tagħha?

Dwar dan kollu aqraw l-intervista sħiħa fil-ħarġa tal-ILLUM.

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook