Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Issa nafu li fil-parlament ikun hemm nies armati - David Agius

Il-whip Parlamentari tal-PN jitlob iżjed sigurtà fil-Parlament

John Busuttil / 22 ta' Novembru 2014 07:40
David Agius jgħid li l-fatt li fis-sala jkun hemm nies armati jinkwetah
David Agius jitkellem dwar l-fatt li xufiera jkunu armati u dawn jidħlu fis-sala tal-parlament. Jgħid ukoll li l-partit fil-verità qed jiġġedded u jinħass żiffa ċkejkna favur il-PN.

Fl-intervista jgħid ukoll minn xhiex kien jgħaddi meta fl-amministrazzjoni li għaddiet kellu jieħu ħsieb ir-ribelli tal-partit u l-fatt li hu xtaq jkun is-segretarju Ġenerali tal-Partit. 

Jitkellem dwar il-ħbiberija kbira li hemm bejnu u bejn Simon Busuttil u anke dwar il-falliment ta' dan il-gvern fejn jidħlu kunsilli lokali.

David Agius jitkellem dwar l-iżbalji tal-partit laburista, l-iżbalji tal-PN meta kienu fil-gvern iżda dan kollu tistgħu tarawh għada fil-ħarġa ta' ILLUM.

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook