Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Jien inħossni parti mit-tim ta' Joseph Muscat - JPO

"Fil-każ tal-mistra RCC kien qalli biex jikkowċjani Lou Bondi, jiena ridt lil Peppi Azzopardi" 

John Busuttil / 16 ta' Novembru 2014 10:19
F'Intervista li taha esklussivament lill-ILLUM, Pullicino Orlando żvela xi okkażżjonijiet li skont hu juru biċ-ċar li Daphne Caruana Galizia gġħandha l-appoġġ kollu tal-PN u li hi taħdem għalihom.

Fl-istess intervista jgħid li meta kien hedded li jwaqqa l-Gvern jekk Daphne tikteb kontra min iħobb, il-paġna tagħha ddikjarata 'Jeffrey Free Zone'.

Pullicino Orlando jgħid ukoll għaliex m'aċċettax li jkun segretarju Parlamentari fi żmien Eddie, u lil Lawrence Gonzi kien qallu li hu mhux lest li jkun f'kabinett li fih ikun hemm Austin Gatt u George Pullicino.

Jitkellem dwar għaliex kien Nazzjonalist u għaliex telaq lil partit. Jgħid ukoll li Simon bagħat għalih meta ma kienx deputat biex jirritorna fil-partit.

Dan u iżjed wieħed isibu fil-ħarġa tal-ILLUM

 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook