Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

"Ħlejt wisq ħin fil-Partit Nazzjonalista" - JPO

Jeffrey Pullicino Orlando jgħid li għandu provi dwar ir-rabta ta' Daphne u l-PN

John Busuttil / 15 ta' Novembru 2014 09:31
Jeffrey Pullicino Orlando jgħid tiegħu f'intervista esklussiva
F'intervista esklussiva fuq l-ILLUM fil-ħarġa ta' għada, JPO jgħid li meta ftit tax-xhur ilu Simon Busuttil bagħat għalih biex jirritorna fil-partit hu qallu li qatt ma jista' jaħdem taħt l-istess partit li fih jimmilitaw Austin Gatt u RCC, qallu wkoll li ħela wisq ħin fil-partit Nazzjonalista.

F'din l-intervista JPO isemmi wkoll fatti li skont hu juru biċ-ċar ir-rabta li hemm bejn Daphne Caruana Galizia u l-Partit Nazzjonalista.

Intervista li fiha diversi fatti u avvenimenti li qatt s'issa ma kienu ħarġu fil-mezzi tax-xandir f'din l-intervista li se tkun pubblikata għada fil-ħarġa tal-ILLUM.

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook