Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Franco Mercieca jrid jirritorna fil-Kabinett

F’intervista esklussiva li kellu mal-ILLUM, id-deputat Parlamentari Laburista Għawdxi, Franco Mercieca qal li hu jixtieq li jerġa’ jkun fil-kabinett Laburista, basta jkun dekasteru differenti minn dak li kellu. Mistoqsi liema dekasteru jixtieq, mingħajr tlaqliq wieġeb, “Min għandu jkun jaf x’nixtieq jaf.”

John Busuttil / 15 t'Ottubru 2014 09:52
Franco Mercieca
Min għandu jkun jaf, jaf 

F’intervista esklussiva li kellu mal-ILLUM, id-deputat Parlamentari Laburista Għawdxi, Franco Mercieca qal li hu jixtieq li jerġa’ jkun fil-kabinett Laburista, basta jkun dekasteru differenti minn dak li kellu. Mistoqsi liema dekasteru jixtieq, mingħajr tlaqliq wieġeb, “Min għandu jkun jaf x’nixtieq jaf.”

Franco Mercieca qal li hu qatt ma kien kuntent jaħdem bħala Segretarju Parlamentari għal Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva u kien għalhekk li għażel li jkompli jipprattika l-professjoni tiegħu. “Meta kont immur nidħol naħdem l-isptar, il-Ħadd volontarjament u mingħajr ħlas kont inkun qisni qed nieħu injezzjoni ta’ adrenalina wara ġimgħa xogħol li xejn ma kienet tagħtini sodisfazzjon.”

Mistoqsi għaliex aċċetta d-dekasteru meta ġie offrut lilu, qal li dak il-ħin lanqas kien jaf x’qed jiġri u ma kellux għażla għal xi dekasteru ieħor.

Franco Mercieca qalilna wkoll li hu jiċħad kull għajdut li mhux interessat li jerġa’ jikkontesta elezzjoni oħra, “definittavament iva se nerġa’ nikkontesta” qal l-oftamologu Franco Mercieca.

Fl-istess intervista qal li hu rebaħ ħafna voti mil-Laburisti moderati u minn dawk li qabel kienu jivvutaw lil partit Nazzjonalista. U dan il-fattur ifisser li kellu mertu kbir fir-rebħa Laburista f’Għawdex.

Aqra iktar fil-ġurnal ILLUM ippubblikat nhar il-Ħadd 12 t'Ottubru.

 

 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook