ARA: Jiżżewġu qalb l-attakki mill-ajru għall-kenn ta' kamp f'Deir Al-Balah

Fil-kamp f'Deir Al-Balah f'Gaża, l-imħabba xorta waħda sabet mod kif tiffjorixxi hekk kif in-nies inġabret iċċapċap u tifraħ lill-koppja fil-jum taż-żwieġ tagħhom

(Ritratt: majdi_fathi / Instagram)
(Ritratt: majdi_fathi / Instagram)

Fil-qalba ta’ Gaża, fost l-attakki tal-gwerra u t-theddid tal-bombi, l-imħabba xorta waħda sabet mod kif tiffjorixxi. Shaima’ Qazeat u Mahmud Akhziq, koppja żagħżugħa Palestinjana, iċċelebrat jum it-tieġ tagħham f’kamp ta’ refuġjati fil-Gaża. 

Minn filmat imxandar fuq Instagram minn Majdi Fathu, fotografu bbażat f’Gaża, qalb ir-ritratti ta’ dieqa, irnexxielu jiddokumenta wkoll jum mill-isbaħ. 

Fil-kamp f'Deir Al-Balah, in-nies inġabret iċċapċap u ngħaqdet f’kor ikanta b’leħen mimli tama u ferħ tawgura lill-koppja fil-jum taż-żwieġ tagħhom. 

L-aħħar attakki mill-ajru saru fuq Dier Al-Balah, fiċ-ċentru ta’ Gaża. Dan is-sit kien qed jintuża minn dawk il-Palestinjani bħala kenn ta’ refuġju. L-attakki laqtu n-naħa tal-lvant tal-belt, żona li kienet tinsab taħt bumbardament qawwi matul il-ġimgħa li għaddiet, kif ukoll in-nofsinhar tal-belt. 

Il-gwerra tal-Lvant Nofsani diġá ħatfet ħajjet ta’ 28,000 persuna, inklużi 12,000 tfal wara li l-Ħamas attakka l-Iżrael u qatlu 1,200 iżraeljan fis-7 ta’ Ottubru 2023. 

More in Barranin