F'ġurnata fl-Italja jmutu 793 persuna kawża tal-coronavirus

F'ġurnata, il-każijiet ġodda żdiedu wkoll b’4,821 persuna

Is-sitwazzjoni fl-Italja tkompli tiggrava, hekk kif f’ġurnata tilfu ħajjithom 793 persuna biex hekk, b’kollox, fl-Italja, l-għadd tal-vittmi tela’ għal 4,825 persuna.

Dan huwa l-akbar numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom f’ġurnata kawża tal-coronavirus. Ilbieraħ kienu 627 dawk li tilfu ħajjithom.

B’kollox, l-għadd tal-pazjenti bil-coronavirus fl-Italja tela’ għal 42,681 persuna. Dan ifisser li mill-bieraħ ‘l hawn, il-każi żdiedu b’4,821 persuna. 

Jekk wieħed jgħodd dawk li mietu u dawk li fiequ wkoll, ifisser li l-Italja sa issa kellha 53,578 każ ta’ coronavirus.

L-għadd tal-persuni li fiequ fl-Italja huwa ta’ 6,072 persuna, 943 pazjent aktar mill-bieraħ.

L-Italja ilha ħmistax taħt lockdown li kellu jintemm fit-3 ta’ April iżda kollox jindika li dan il-perjodu se jkollu jitwal.

More in Barranin