Coronavirus | Ħarsa lejn is-sitwazzjoni madwar id-dinja

Is-sit illum.com.mt bl-aħħar numru u aħbarijiet minn madwar id-dinja b'rabta mat-tixrid tal-Covid-10

Kif qed jagħmel kull filgħodu, is-sit ILLUM se jagħti ħarsa lejn is-sitwazzjoni madwar id-dinja b'rabta mat-tixrid tal-Covid-10

  • Ċina: 81,051 każ, 3,230 mewta, 68,770 imfejqa
  • Italja: 27,980 każ, 2,158 mewta, 2,749 imfejqa
  • Iran: 14,991 każ, 853 mewta, 4,996 imfejqa
  • Spanja: 9,942 każ, 342 mewta, 530 imfejqa
  • Korea ta' Isfel: 8,320 każ, 75 mewta, 1,137 imfejqa
  • Ġermanja: 7,272 każ, 17 mewta, 67 imfejqa
  • Franza: 6,650 każ, 148 mewta, 12 imfejqa
  • Stati Uniti: 4,661 każ, 85 mewta 17 imfejqa
  • Żvizzera: 2,330 każ 19 mewta, 4 imfejqa
  • Renju Unit: 1,553 każ, 56 mewta, 53 imfejqa

Aktar aħbarijiet:

  • Renju Unit: Il-Prim Ministru Ingliż iħeġġeġ lin-nies biex ma jmorrux fil-bars, fil-klabbs u t-teatri iżda ma jagħlaqhomx
  • Indja: Tabib Indjan li kien qed jikkura lill-pazjenti tal-Covid-19 jirriżulta pożittiv
  • Monaco: Il-Kap tal-Gvern, Serge Telle, jirriżulta pożittiv
  • Indja: Tikkonferma t-tielet mewta kawża tal-coronavirus
  • UEFA: Id-diriġenti tal-UEFA mistennija jagħmlu video conference biex jiddiskutu t-triq 'il quddiem
  • Ċelebritajiet: Tom Hanks u Rita Wilson jinħarġu mill-isptar

More in Barranin