Is-Senat jeħles lil Donald Trump mill-akkużi kontrih

 ... u allura jiġi fi tmiemu proċess kontroversjali ta' impeachment kontra l-President Amerikan

Il-President Amerikan Donald Trump inħeles mill-ġuri tal-impeachment biex b'hekk twaqqaf l-attentat tal-Kungress li jneħħieħ mill-kariga.

Is-Senat, fejn ir-Repubblikani għandhom maġġoranza, ivvutaw favur Trump b'52 vot kontra 48 biex ma jitneħħiex u 53 vot kontra 47 vot biex ma jkunx akkużat illi abbuża mill-poter. 

F'Diċembru li għadda d-Demokratiċi kienu akkużaw lil Trump illi għamel pressjoni fuq l-Ukrajna biex taħdem kontra rival tiegħu, bl-akkużi li mbagħad tressqu kontra l-President ikunu abbuż ta' poter u illi ma ħalliex lill-Kungress jopera minħabba l-ħidma tiegħu mal-Ukrajna.

Il-Kamra tar-Rappreżentanti, b'maġġoranza tad-Demokratiċi, kienet approvat dawn l-akkużi u allura tat bidu għall-proċess li ġie fi tmiemu llejla. 

Dan ifisser illi Donald Trump se jkun l-ewwel President bi proċeduri ta' impeachment kontrih li se jmur għal elezzjoni ġenerali.

More in Barranin