Pete Buttigieg jirbaħ l-ewwel minn sensiela ta' elezzjonijiet biex jintagħżel ir-rivali ta' Trump

Pete Buttigieg rebaħ l-elezzjoni f’Iowa hekk kif id-Demokratiċi bdew jivvutaw biex jagħżlu lil dak il-kandidat li se jkun qed itellaq kontra l-President Amerikan Donald Trump fl-elezzjonijiet Presidenzjali

Il-kandidat ta’ dixxendenza Maltija għall-Presidenza tal-Istati Uniti, Pete Buttigieg rebaħ l-elezzjoni f’Iowa hekk kif id-Demokratiċi bdew jivvutaw biex jagħżlu lil dak il-kandidat li se jkun qed itellaq kontra l-President Amerikan Donald Trump fl-elezzjonijiet Presidenzjali.

Jidher li Buttigieg, li missieru huwa mill-Ħamrun, kiseb 26.8% tal-voti, filwaqt li Sandres kiseb 25.2%.

Elizabeth Warren ġiet it-tielet biex l-eks Viċi President Amerikan, li sa issa dejjem deher fuq nett tas-sondaġġi, ġie fir-raba’ post bi 15.4% tal-voti.

Din l-elezzjoni kienet l-ewwel waħda minn diversi elezzjonijiet li se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin fl-istati Amerikani, liema elezzjonijiet huwa magħrufa bħala ‘primaries’ jew ‘caucuses.’

Wara dawn l-elezzjonijiet, f’Lulju li ġej, jintagħżel dak il-kandidat li se jtellaq ras imb’ras mal-President Donald Trump.

B’kollox, id-Demokratiċi għandhom ħdax-il kandidat minn fejn jagħżlu.

Anke jekk l-elezzjoni f’Iowa kienet meqjusa importanti ħafna, ta’ min isemmi li Pete Buttigieg kien qed jidher fis-sondaġġi f’dan l-istat biss, bis-sondaġġi juru li ma tantx huwa popolari bnadi oħra.

More in Barranin