Tliet persuni fosthom il-qattiel imutu fi sparatura fi knisja f'Texas

Ir-raġel fetaħ in-nar fuq diversi nies f'quddiesa, fejn qatel żewġ persuni qabel ma nqatel minn raġel armat fil-quddiesa

Is-sit tas-sparatura
Is-sit tas-sparatura

Ilbieraħ filgħodu, għall-ħabta tal-11:30 a.m., ħin lokali, żewġ persuni sfaw maqtula wara li raġel fetaħ in-nar fuq diversi nies f'quddiesa fi knisja fil-belt ta' Fort Worth, f'Texas. Ftit wara, aġent tas-sigurtà spara fuqu u qatlu.

L-attakk dam biss ftit sekondi qabel ma' twaqqfet mill-aġent tas-sigurtà.

Filmat live tal-quddiesa wriet l-inċident isir, dan wera' raġel li kien parteċipi fil-quddiesa qabel ma qam u beda jispara b'shotgun. Iż-żewġ persuni li ntlaqtu mir-raġel, wieħed minnhom aġent tas-sigurtà, mietu ftit wara li ttieħdu l-Isptar.

S'issa , mhux magħruf il-mottiv għall-isparar iżda l-Gvernatur ta' Texas Greg Abbott qal li-inċident li kien "att vjolenti, kattiv".

More in Barranin