L-iskejjel Taljani se jkunu l-ewwel fid-dinja b'tagħlim obbligatorju dwar it-tibdil fil-klima

It-tibdil fil-klima u anke l-kunċett tas-sostennibbilità se jkunu fiċ-ċentru tat-tagħlim anke ta' suġġetti tradizzjonali

Mis-sena d-dieħla, l-iskejjel Taljani fil-gradi kollha, se jkunu obbligati jistudjaw it-tibdil fil-klima u s-sostennibbilità, bil-għan li għada pit għada, l-Italja tkun fuq quddiem nett fl-edukazzjoni ambjentali.

Ħabbar dan il-Ministeru għall-Edukazzjoni Lorenzo Fioramonti li spjega kif mis-sena skolastika li ġejja, l-iskejjel kollha pubbliċi se jibdew jiddedikaw 33 siegħa mill-kurrikulum tagħhom biex jistudjaw kwistjonijiet marbuta mat-tibdil fil-klima.

“L-għan tagħna huwa li ċ-ċittadini tal-futur ikunu ppreparati f’każ ta’ emerġenza klimatika,” saħaq il-Ministru f’diversi intervisti.

Apparti minn hekk, l-iżvilupp sostenibbli se jibda jidħol ukoll f’suġġetti tradizzjonali, fosthom il-ġeografika, il-matematika u l-fiżika.

“Se jibda jkun hemm aktar attenzjoni dwar it-tibdil fil-klima fit-tagħlim ta’ dawk is-suġġetti,” spjega l-Ministru.

Kompla jisħaq kif apparti l-iskejjel, il-ministeru kollu tiegħu se jkun qed jagħmel bidla radikali bil-għan li s-sostennibbilità u l-klima jkunu fiċ-ċentru tal-mudell edukattiv

More in Barranin