65 persuna jitilfu ħajjithom wara li ferrovija ħadet in-nar fil-Pakistan

Il-ferrovija kienet qed tivvjaġġa minn Karachi sa Rawalpindi meta seħħet splużjoni kbira kkawżata minn ċilindru tal-gass

Ritratt | Reuters
Ritratt | Reuters

Minn tal-inqas 65 persuna tilfu ħajjithom meta ferrovija fil-Pakistan ħadet in-nar.

Il-ferrovija kienet qed tivvjaġġa minn Karachi sa Rawalpindi meta seħħet splużjoni kbira li x’aktarx kienet ikkawżata minn ċilindru tal-gass li kienu qed jużaw il-passiġġieri biex isajru l-kolazzjon.

Hu mifhum li n-nar inxtered malajr fi tliet vaguni.

Skont uffiċjali, ħafna mill-persuni mietu meta pprovaw jaqbżu minn fuq il-ferrovija.

Madwar 30 persuna oħra weġġgħu, bl-uffiċjali jisħqu li n-numru ta’ dawk mejta jista’ jkompli jiżdied.

More in Barranin