Chris Agius f'laqgħat biex tissolva l-problema FUTSAL

L-assoċjazzjoni tal-Futsal m'għandhiex fejn tilgħab il-Kampjonat tagħha


B’referenza għall-istqarrija li nħarġet mill-Malta Futsal Association, is-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport jixtieq jiċċara l-fatti.
Sa minn meta l-Assoċjazzjoni tal-Futsal ltaqgħet mal-problema li l-Assoċjazzjoni Sports Hibernians ma kinitx ser iġġedded il-kuntratt, saru diversi laqgħat u ġew studjati diversi possibiltajiet sabiex isir fihom il-kampjonat tal-futsal fosthom biex l-iskola nazzjonali tal-isport tilqa’ l-kompetizzjoni fil-faċilitajiet tagħha.

Sa jumejn ilu l-Assoċjazzjoni, permezz tal-President tagħha Mark Borg, kellhom laqgħa mas-Segretarju Parlamentari Chris Agius, fil-preżenza ta’ uffiċjali ta’ ASC Hibernians, sabiex jinstabu alternattivi oħra. Għalhekk l-Assoċjazzjoni kienet konxja l-ħin kollu ta’ dak li qed isir, anzi kienet hi wkoll involuta f’dawn id-diskussjonijiet biex tinstab soluzzjoni.

Is-Segretarjat Parlamentari jilqa’ b’sodisfazzjon li aktar timijiet u nurseries qed juru interess fil-logħba tal-Futsal, u propju għalhekk huwa importanti li wieħed dejjem iżomm f’moħħu kif jistgħu jiġu akkomodati dawn iż-żidiet u jintużaw il-faċilitajiet li preżentement għandna f’pajjiżna u li din l-amministrazzjoni qed taħdem biex tkompli ittejjeb u ssaħħaħ.

More in Sports