.007% tal-popolazzjoni Iżlandiża qed tilgħab fl-Euro 2016

Pajjiż b'popolazzjoni inqas minn Malta, jissorprendi fl-Euro 2016

Ilbieraħ filgħaxija, it-tim nazzjonali tal-Iżlanda, kontra kull mistenni, ta wirja impressjonanti fil-kompetizzjoni tal-Euro 2016, li waslu biex jieħdu l-ewwel punt f'din il-kompetizzjoni wara riżultat ta' parità kontra t-tim tal-Portugall li jinkludi plejers maġġuri bħal Nani, Pepe u ovvjament il-captian Cristiano Ronaldo.

L-Iżlanda, li huwa pajjiż b'popolazzjoni ta' 331,732 persuna, li huwa ammont inqas minn Malta, għall-ewwel darba wasal f'dan l-istadju f''tournament maġġuri, u fetaħ l-ewwel logħba tiegħu bi draw ta' 1-1. B'dan in-numru, l-Iżlanda saret l-iżgħar pajjiż, f'termini ta' popolazzjoni li qatt ħadet sehem f'din il-kompetizzjoni Ewropea.

Impressjonanti huwa l-fatt li 8% tal-popolazzjoni kienu qed isegwu l-logħba fl-istadju Franċiż, fejn kienet qed tintlgħab il-logħba Iżlanda - Portugall.

Min-naħa l-oħra, il-plejers li qed jilagħbu għat-tim Iżlandiż f'din il-kompetizzjoni jammontaw għal 0.007% tal-popolazzjoni kollha tal-pajjiż.

Is-sapporters Iżlandiżi li kien hemm fil-grawnd, jammontaw għal 8% tal-popolazzjoni Iżlandiża kollha
Is-sapporters Iżlandiżi li kien hemm fil-grawnd, jammontaw għal 8% tal-popolazzjoni Iżlandiża kollha

More in Sports