(FILMAT) Is-'Sux' jirrokkja Basel qabel il-finali

Partitarju Malti minn Tas-Sliema jsir popolari fuq stazzjon online ta' Liverpool wara li ġibed is-simpatija tal-partitarji ta' Liverpool fi Żvizzera

Filmat li qed idur fuq l-internet u qed ikollu eluf ta' 'hits' hu wieħed li bħal dejjem il-protagonist hu Malti, partitarju kbir ta' Liverpool li mar Basel l-Iżvizzera biex jkun preżenti għall-finali tal-Europa League li finalment tilfu kontra t-tim Spanjol ta' Sevilla. Waqt ċelebrazzjonijiet fit-toroq ta' Basel, is-'Sux' li hu partitarju ta' Sliema Wanderers spiċċa jiżfen u jkanta 'I love Rock & Roll' filwaqt li l-partitarji kantaw miegħu u spiċċa l-protagonista. Dan il-filmat mar 'viral' fuq l-internet, u sab postu wkoll fuq Sky News.

More in Sports