Ħames kunsilli fi proġett pilota ta’ ġbir ta’ skart organiku

L-Imdina, Bormla, Birkirkara, Ħal Għaxaq u Ta’ Xbiex fil-proġett pilota

L-Imdina, Bormla, Birkirkara, Ħal Għaxaq u Ta’ Xbiex huma l-ħames lokalitajiet li preżentament qed jieħdu sehem fi proġett pilota ta’ ġbir ta’ skart organiku. Dan il-proġett pilota ilu għaddej minn Ottubru li għadda. Fid-29 ta’ Jannar Marsaxlokk, l-Imġarr, is-Swieqi u Ħal Kirkop ser jissieħbu f’dan il-proġett għat-tieni fazi tiegħu. Dan qalu il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici għall-mistoqsija parlamentari ta' Luciano Busuttil.

More in Sports