Il-coach Taljan ta' B'Kara se jagħlaq ħalqu sa tmiem l-istaġun

L-aħħar darba li tkellem kien fuq Kontrattakk fuq TVM

Il-coach Taljan, Giovanni Tedesco, wara t-telfa kbira li t-team tiegħu ħa kontra Valletta, 0-4, qal fuq it-televiżjoni tal-istat, fuq il-program Kontrattakk immexxi minn Sandro Micallef li l-aħħar darba li se jitkellem fil-pubbliku fuq Football se tkun dik tal-bieraħ. "Minn għada sal-14 ta' Mejju se nkun fuq SILENZIO STAMPA" qal Tedesco fejn kompla jgħid li ddeċieda li jitkellem fil-ground bix-xogħol iebes li se jaħdem mat-team u mhux fuq il-media. Qal ukoll li B'Kara se jaħdmu biex iġibu player ta' klassi wara t-tluq ta' Miccoli li ddeċieda li jħalli lil club minħabba li l-familja tiegħu speċjalment it-tifel iż-żgħir għandu bżonnu. Miccoli jgħix Palermo. Hu temm li jkun żball jekk xi ħadd jaħseb li wara din it-telfa B'Kara ramew iċ-ċintorin.

More in Sports