135 anniversarju mit-twaqqif tal-Banda San Mikiel; Marċ il-Ħadd li ġej

Għalhekk din is-sena l-festa ta' San Mikiel li torganizza l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel se ssir nhar il-Ħadd li ġej

Ritratt | Owen Gili
Ritratt | Owen Gili

L-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel ta’ Ħaż-Żabbar se tkun qed tibda ċċelebrazzjonijiet li jfakkru l-135 anniversarju mit-twaqqif tagħha.

Propju għalhekk, din is-sena, l-Għaqda mhux se tkun qed tiċċelebra l-festa ta’ San Mikiel f’Settembru iżda se nhar il-Ħadd li ġej, b’marċ li jibda fl-10:30am.

Bħal ma normalment isir f’Settembru, dan il-marċ se jkun qed jakkumpanja l-istatwa ta’ San Mikiel, li tinsab fis-sede tal-istess Għaqda, madwar it-toroq ta’ Ħaż-Żabbar.

Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ikomplu fil-jiem ta’ wara hekk kif Ħaż-Żabbar jiċċelebra l-festa titular tal-Madonna tal-Grazzja nhar id-9 ta’ Settembru.

More in Divertiment