Jintagħżlu r-rappreżentanti Maltin għal Sanremo Junior
Ir-rebbieħa Albert-Lauren Agius, Christina Magrin u Isaac Mercieca għal Malta fit-Teatru Ariston fil-15 t'April
Tliet kantanti minn tliet kategoriji differenti, biex jirrappreżentaw lil Malta f'Sanremo Junior 2015 - liema serata ħa ssir fil-15 t'April ġewwa t-Teatru Ariston. Ir-rappreżentanti intagħżlu nhar is-Sibt li għadda fil-Lukanda Hilton minn ġurija professjonali.
Albert-Lauren Agius, Christina Magrin u Isaac Mercieca rebħu l-kategoriji rispettivi tagħhom. Barra minn hekk kien hemm ukoll trofew għall-għażla tal-pubbliku fis-sala u tad-dar, kif ukoll ġurija magħmula minn tfal - liema riżultat ma varjax wisq minn dak finali. Ir-rebbieħa għall-ġurija professjonali għal kategorija kien Albert-Lauren Agius bil-kanzunetta "È la Mia Vita", kategorija A2: Christina Magrin bil-kanzunetta "Mamma Knows Best" u għal kategorija A3: Isaac Mercieca bil-kanzunetta "Clown".
Ir-rebbieħa għall-Għażla tal-pubbliku fis-sala u permezz tat-televoting kienu Chanelle Cardona bil-kanzunetta "And I'm Telling You", u Albert Lauren Agius bil-kanzunetta "È la Mia Vita" rispettivament. Min-naħa tagħhom, il-ġurija tat-tfal għażlet lil Martina Cutajar b'Let it Go minn Kategorija A1, Christina Magrin b'Mamma Knows Best għal kategorija A2, u Kelsey Farrugia b'Strange Birds minn Kategorija A3.
Kien hemm 25 parteċipant, f'serata ppereżentata minn Elaine Saliba, bl-għajnuna tal-illużjonista Gwylim Bugeja li xxandar dirett fuq TVM. Kien hemm ukoll diversi mistiedna speċjali inkluzi; Kurt Calleja, Destiny Chukuneyere, Laetitia Amodio, Karl Luke Schembri, Kylie Meilak, Sebastian Calleja, Monia Russo, CentreStage Academy, St Michael Foundation u r-rebbieħa ta’ Holland’s Got Talent 2014, Amira Willighagen. Sanremo Junior, organizzat minn Societs Kismet Srl ilu għaddej għal dawn l-aħħar sitt snin, u l-proċess nazzjonali huwa mmexxi minn Antonella Vassallo ta’ Stand Out Events.
